SBS Maltese - SBS bil-Malti
50 sena tal-SBS: Manuel Casha, xandar u mużiċist sa mill-bidu tax-xandir bil-Malti fl-Awstralja
Episode notes
F’din is-sensiela ta’ episodji li bihom qegħdin infakkru l-50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS, illum infakkru x-xogħol u l-kontribut tax-xandar u mużiċista Manuel Casha, wieħed minn tal-ewwel fuq Radio 3EA li għadna nisimgħu leħnu sal-lum. Minbarra x-xandir, Manuel Casha ddedika ħafna snin fir-riċerka u l-preservazzjoni tal-mużika tradizzjonali Maltija fl-Awstralja, l-aktar fl-għana u d-daqq tal-prejjem Maltin, ippubblika ktieb dwar dan is-suġġett, u kotba oħra fil-qasam tal-letteratura Maltija fl-Awstralja.