SBS Maltese - SBS bil-Malti
50 sena tal-SBS: L-ewwel xandira diretta minn Malta għall-Awstralja f’Awwissu tal-1981
Episode notes
F’dawn l-episodji li bihom qegħdin infakkru għeluq il-50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS illum immorru lura f’Awwissu tal-1981 meta kellna l-ewwel xandira diretta minn Malta għall-Awstralja, fi żmien meta l-mezzi tat-telekomunikazzjonijiet kienu diffiċli ħafna. Ix-xandira saret mill-Ħamrun, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Gejtanu. Fl-istess ħin tal-briju tal-festa li twassal minn Malta permezz tar-radju, grupp ta’ membri u ħbieb mill-Għaqda ta’ San Gejtanu f’Melbourne, kienu miġbura għall-festa tagħhom fejn komplew mal-briju tal-festa minn Malta.